Prize Boxing Promotions se jorganizzaw il-Kampjonati Nazzjonali tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Boxing (MBA) biex ikunu magħrufa ċ-Champions Nazzjonali f’kull kategorija.
Dettalji ingħataw mill-promotur Demis Tonna fejn intqal li l-kampjonati se jsiru l-Ġmgħa 25 ta’ Settembru fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.
Oriġinarjament kellha ssir għall-ewwel darba f’Malta l-ġlieda mill-Mediterranean Light Heavyweight tal-WBC bejn Scott Dixon u Tyrone ‘El Terribile’ Borg, iżda fl-aħħar sigħat Borg sofra injury serja u għalhekk l-isfida ġiet posposta.
Tonna qal li l-boxer żagħżugħ ta’ 23 sena Christian Schembri offra li jisfida lil Dixon għat-titlu nazzjonali tal-Light Heavyweight. Din għalhekk se tkun l-aktar ġlieda mistennija tas-serata fejn se jkunu determinati seba’ Champions f’kategoriji differenti inkluż tan-nisa. Il-ġlidiet se jkunu kollha ta’ sitt rounds ta’ żewġ minuti l-wieħed waqt li fis-super middleweight u fil-kategorija tan-nisa l-konfronti se jkunu ta’ erba’ rounds ta’ żewġ minuti peress li hemm tliet sfidanti.
Dixon qal li jħossu diżappuntat li mhux se jiġġieled kontra Tyrone Borg imma jifhem li l-injuries huma affarijiet li jiġru fil-boxing u issa qed jistenna bil-ħerqa l-isfida ma’ Schembri fejn konvint li se jirbaħ.
Schembri, li għandu tliet snin esperjenza tenna li xejn mhux se jatqagħlu qalbu u mhux qed jsekludi li jissorprendi.
Demis Tonna tenna wkoll li meta Tyron Borg ikun f’siktu, l-ġlieda li jmiss se tkun għall-Mediterranean Light Heavyweight kontra Dixon.
//= $special ?>