Internazzjonali Lokali Unjoni Ewropea

Filmat: L-MEPs Roberta Metsola u Therese Comodini Cachia jindirizzaw id-dibattitu dwar l-immigrazzjoni

In-negozjatur ewlieni fir-riżoluzzjoni dwar l-immigrazzjoni u l-kriżi tar-refuġjati f’isem il-Partit Popolari Ewropew kienet l-MEP Nazzjonalista Roberta Metsola.

Segwi d-diskorsi tal-MEP Roberta Metsola hawn fuq

Minn naħa tagħha l-Membru Parlamentari Ewropew Therese Comodini Cachia, sostniet li l-ġlieda tal-Ewropa ma tikkonċernax il-vittmi ta’ traġedja umana iżda t-traffikanti tal-bnedmin u n-nies li qed jappoġġjawhom fl-impenji biex jisfruttaw il-miżerja ta’ ħaddieħor.

L-MEP Nazzjonalista qalet dan fi Strasburgu meta indirizzat il-Plenarja waqt id-dibattitu dwar il-kriżi tar-refuġjati fl-Ewropa fejn ittrattat id-dimensjoni tat-traffikar tal-bnedmin. Hi insistiet biex il-Kummissjoni Ewropea tieħu azzjoni biex taċċerta li l-vittmi jingħataw protezzjoni xierqa biex huma jkollhom il-kapaċità li jikxfu lill-kriminali.