Passiġġier mis-Senegal abbord trakk ta’ kollettur taż-żibel sofra xi ġrieħi u ttieħed għall-kura wara li għal xi raġuni x-xufier tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’parapett ta’ lukanda f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq il-Korp tal-Pijunieri. Għad mhix magħrufa l-kundizzjoni tal-ħaddiem barrani, għalkemm mhux fil-periklu tal-mewt.
Kif jidher fir-ritratti, ġiet irreġistrata ħsara konsiderevoli fil-parapett tal-lukanda.
Fortunatament mara b’żewġ bniet żgħar ħelsuha ħafif hekk kif huma nzertaw għaddejjin mill-post fil-ħin tal-inċident. Xhieda fil-post spjegaw li t-tliet li huma spiċċaw miksija bit-trab tal-impatt u ddaħħlu fi stabbiliment tal-ikel fil-qrib sakemm irkupraw mix-xokk.
Ritratti: Proud to live in St Paul’s Bay
//= $special ?>