Lokali Unjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew b’appoġġ qawwi għall-pjani ta’ Juncker

epa04908280 Syrian refugees enter a bus after arriving by ferry at the port of Piraeus, near Athens, Greece, 01 September 2015. The ship arrived in the port of Piareus carrying about 1,800 Syrian refugees who landed on the Greek island of Lesvos from Turkey. Some 20,000 refugees arrived on Greek islands last week while the Greek people on the islands are struggling amidst the financial crisis and the height of the tourist season. EPA/YANNIS KOLESIDIS

Il-Parlament Ewropew ivvota biex jesprimi appoġġ qawwi għall-pjani tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker biex jonqos il-piż tar-refuġjati għall-Istati Membri mal-fruntieri tal-Unjoni Ewropea. L-Assemblea fi Stasburgu approvat ukoll il-proposti għall-kwoti li jorbtu lill-Istati Membri fid-dawl tal-kriżi.

Il-vot fi Strasburgu ttieħed l-għada li Juncker ippropona biex madwar 120,000 refuġjat addizzjonali, li l-parti kbira tagħhom ġejjin mis-Sirja, jitqassmu fost il-pajjiżi tal-UE. Ghal dan, issa jonqos il-konferma u l-approvazzjoni tal-Istati Membri Ewropej.

L-MEPs, sadanittant, ħeġġew biex issir konferenza internazzjonali li tlaqqa’ flimkien l-Unjoni Ewropea, in-Nazzjonijiet Uniti, l-Istati Uniti u l-pajjiżi Għarab, f’tentattiv biex jinstabu s-soluzzjonijiet għall-aktar kriżi umana serja mit-Tieni Gwerra Dinjija ‘l hawn.

Il-vot tal-lum kien favur mozzjoni li tapprova l-proposti ta’ Juncker għar-rilokazzjoni ta’ 160,000 refuġjat li qed ifittxu kenn politiku, Dan meta l-problema qed tinġarr, fil-parti kbira, mill-Greċja, l-Italja u l-Ungerija. ll-vot jesiġi wkoll għal mekkaniżmu permanenti ta’ kwoti li jorbtu lill-pajjiżi Ewropej fil-konfront ta’ emerġenzi simili li jistgħu jinqalgħu fil-futur. Ir-riżoluzzjoni li ma torbotx kienet approvata b’432 vot kontra 142, b’57 astensjoni.