Il-Parlament Ewropew ivvota biex jesprimi appoġġ qawwi għall-pjani tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker biex jonqos il-piż tar-refuġjati għall-Istati Membri mal-fruntieri tal-Unjoni Ewropea. L-Assemblea fi Stasburgu approvat ukoll il-proposti għall-kwoti li jorbtu lill-Istati Membri fid-dawl tal-kriżi.
Il-vot ittieħed l-għada li Juncker ippropona biex madwar 120,000 refuġjat addizzjonali, li l-parti kbira ġejjin mis-Sirja, jitqassmu fost il-pajjiżi tal-UE. Intant, issa jonqos il-konferma u l-approvazzjoni tal-Istati Membri Ewropej.
L-MEPs, ilbieraħ, sejħu wkoll għal konferenza internazzjonali li tlaqqa’ flimkien l-UE, in-Nazzjonijiet Uniti, l-Istati Uniti u l-pajjiżi Għarab, f’tentattiv biex jinstabu s-soluzzjonijiet għall-aktar kriżi umana serja mit-Tieni Gwerra Dinjija ‘l hawn.
Il-vot kien favur mozzjoni li tapprova l-proposti ta’ Juncker għar-rilokazzjoni ta’ 160,000 refuġjat li qed ifittxu kenn politiku, Dan meta l-problema qed tinġarr, fl-parti kbira, mill-Greċja, l-Italja u l-Ungerija li m’għandhomx ir-riżorsi biex ilaħħqu waħedhom mal-kriżi.
ll-vot anki jesiġi għal mekkaniżmu permanenti ta’ kwoti li jorbtu lill-pajjiżi Ewropej fil-konfront ta’ emerġenzi simili li jistgħu jinqalgħu fil-futur.
Ir-riżoluzzjoni li ma torbotx kienet approvata b’432 vot kontra 142, b’57 astensjoni.
Il-Ministri tal-Intern tal-UE għandhom jikkunsidraw il-pjani inkwistjoni waqt laqgħa ta’ emerġenza li ssir nhar it-Tnejn. Madankollu, Brussell għad jista’ jkollu jsejjaħ summit speċjali biex dawn il-pjani jkunu approvati minħabba l-oppożizzjoni min-numru tal-iStati membri tal-UE li ġejjin mill-Ewropa tal-Lvant.
//= $special ?>