Kmieni dalgħodu l-Port ta’ Marsaxlokk kellu ingħalaq minħabba inċident bejn żewġ bastimenti (ara r-ritratt).
L-inċident seħħ fil-Port Ħieles ftit wara is-6am. Fih kienu involuti is-CMA-CGM Berloiz u l-bastiment Santa Elena, li huwa bunker barge.
Jidher li minħabba dan il-każ kien hemm ħruġ ta’ żjut fil-baħar, u għalhekk kellu jingħalaq il-port.
STQARRIJA TA’ TRANSPORT MALTA
Iktar kmieni waranofsinhar, Transport Malta ikkonfermat l-inċident li kien rappurtat minn dan il-portal u qalet li l-inċident seħħ minħabba li falla pajp taż-żejt. L-istqarrija tkompli li minkejja li ttieħdet azzjoni immedjata, xi żejt inxtered fit-Terminal ġewwa l-port ta’ Marsaxlokk u xi vapuri ġew affetwati.
L-istqarrija tkompli li l-moviment tal-vapuri ġewwa t-terminal tal-Port Ħieles ġie mwaqqaf sakemm il-port ikun tajjeb għat-tbaħħir u ż-żejt ikun ikkontrollat.
//= $special ?>