Internazzjonali

Jirriżenja l-Ministru Ewlieni tal-Irlanda ta’ Fuq

Peter Robinson irriżenja minn Ministru Ewlieni għall-Irlanda ta’ Fuq fost rapporti li Ministri oħra tal-Partit Democratic Unionist (DUP) għandhom ukoll jirriżenjaw b’riżultat tal-kriżi politika fi Stormont.

Robinson talab lill-kollega tal-partit, Arlene Foster, biex tieħu responsabbiltà bħala acting first minister wara li d-DUP naqas milli jikseb biżżejjed appoġġ biex jaġġorna l-assemblea.

Is-Segretarju għall-Irlanda ta’ Fuq, Theresa Villiers, qalet li ma kellhiex tissospendi l-Assemblea minkejja r-riżenji tad-DUP.

Il-kriżi attwali kienet xprunata bil-qtil, ix-xahar li għadda, ta’ Kevin McGuigan, li kien eks-membru tal-grupp IRA.