Il-militanti tal-ISIS qed joffru żewġ ostaġġi – Norveġiż u Ċiniż – ‘għall-bejgħ’ waqt li indikaw li jistgħu joqtluhom f’każ li ħadd ma jkun lest biex iħallas rahan għalihom.
L-offerta dehret bħala reklam fl-aħħar edizzjoni tal-ġurnal ‘Dabiq’ li jippromwovi l-kawża tal-jihad (il-gwerra reliġjuża Iżlamika). Intant, jidher li l-offerta għandha wkoll żmien limitat.
Il-ġurnal inkwistjoni wera ritratti tal-ostaġġi (it-tnejn irġiel) u qal li l-gvernijiet tagħhom kienu abbandunawhom. Madankollu hemm ukoll messaġġ ċar fis-sens li l-ħlas ta’ ammont ta’ flus speċifiku jista’ jaċċerta l-ħelsien ta’ dawn l-ostaġġi.
Intant, il-Prim Ministru tan-Norveġja, Erna Solberg, sostniet li mhix se ċċedi għad-domandi tal-ISIS. Hi sostniet li l-Gvern tagħha qed jieħu l-każ b’serjetà kbira iżda għamlitha ċara li n-Norveġja ma tistax iċċedi għal pressjoni min-naħa ta’ kriminali u terroristi.
//= $special ?>