5,552 – dan huwa l-ammont ta’ nies li iddaħħlu jaħdmu mal-Gvern fl-aħħar sentejn, liema ċifra hija konfermata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
L-ammont fenomenali ta’ persuni li iddaħħlu maċ-ċivili hija t-tema tal-editorjal fil-ġurnal Times of Malta, bil-kummentarju ta’ dan il-ġurnal jinsisti li n-nies maċ-ċivil qed jiżdiedu, u mhux jonqsu.
L-istatistika uffiċjali tal-NSO turi biċ-ċar li l-impjiegi mal-Gvern żdiedu għal 44,059 – żieda ta’ aktar minn 2,500 fuq Marzu 2013. U jekk dan mhux biżejjed, il-Gvern Laburista daħħal maċ-ċivil 3,000 ruħ oħra biex jagħmlu tajjeb għal dawk li irtiraw.
L-editur jgħid li ma kienx hemm bżonn dawn in-nies kollha maċ-ċivil, u li wasal iż-żmien biex il-Gvern jispjega fid-dettall fejn ġew impjegati dawn l-eluf kollha.
Dawn l-impjiegi wasslu wkoll biex in-nefqa tal-Gvern f’pagi tiżdied bi kważi €23 miljun.
“Mhux għaqli li titfa dan il-piż fuq l-ekonomija”, isostni l-editur tat-Times. Għalhekk jeħtieġ li l-Gvern ikun kontabbli għal għemilu.
//= $special ?>