Lokali

Rekord ta’ Permessi ta’ Residenza f’Malta

Is-sena li għaddiet inħarġu 13,800 permess ta’ residenza f’Malta. Skont iċ-ċifri li għandha Identity Malta, dan ifisser żieda ta’ 50 fil-mija.

3,500 permess ta’ residenza inħarġu lil persuni Libjani.

Il-ġurnal Times of Malta illum jirrapporta kif dan iċ-ċifri ġew żvelati mis-sit elettorniku tal-Eurostat fl-aħħar jiem.

Minn dawn l-eluf ta’ permessi għal residenza, 1,400 inħarġu lil Russi filwaqt li 1,200 inħarġu lil persuni ta’ nazzjonalita’ Filippina.

Inkwetanti l-fatt li hemm mal-2,800 residenza li inħarġet mingħajr raġuni speċifika. Skont l-informazzjoni proċessata minn Identity Malta, hemm ukoll 9 persuni li ma nafu xejn dwar in-nazzjonalita’ tagħhom jew minn fejn ġejjin.

Illum hu maħsub li jitlaqqa’ l-Kumitat tas-Sigurta’ Nazzjonali wara talba li kienet saret mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. Din il-laqgħa straordinarja se ssir fl-isfond tal-akkużi serjissimi li qed jiffaċja l-eks Teżorier Laburista Joe Sammut, u l-allegazzjonijiet marbuta ma’ ħruġ irregolari ta’ permessi għal residenza f’pajjiżna lil barranin.