Lokali

Ritratt: Ħabta ma’ tal-linja f’Santa Venera tikkawża paniku fit-traffiku

Ħabta bejn vettura privata u karozza tal-linja li kienet qed tgħabbi l-passiġġieri fuq il-bus stop Calossa f’Santa Venera kkawżat paniku fit-traffiku fil-bidu ta’ Triq il-Kbira San Ġużepp.

Din il-ħabta, ftit qabel it-8:30, wasslet biex ġiet imblukkata karreġġjata tat-triq bil-konsegwenza li t-traffiku lejn il-Ħamrun baqa’ jinġema sar-roundabout ta’ Fleur de Lys.

Għal xi ħin saħansitra spiċċa jidderieġi t-traffiku x-xufier tal-linja sakemm waslu fil-post il-wardens.