Xjenzjati fl-Afrika t’Isfel għadhom kemm skoprew il-fdalijiet ta’ speċi ġdida, simili għall-bnedmin, f’kamra mortwarja li nstabet fil-fond ta’ għadd ta’ għerien.
Is-sejba tal-fossili li jiffurmaw madwar 15-il skeletru parzjali titqies bħala l-akbar skoperta ta’ dan it-tip fl-Afrika u r-riċerkaturi qed jgħidu li ’l quddiem l-iskoperta għandha tibdlilna l-ideat dwar l-antenati tagħna.
L-ispeċi, li ssemmiet bħala ‘naledi’, hi klassifikata fil-ġeneru tal-‘Homo’, li l-bniedem hu assoċjat magħha.
Intant, ir-riċerkaturi li għamlu din is-sejba ma setgħux jindikaw iż-żmien meta kienu jgħixu l-kreaturi speċifiċi, għalkemm il-Professur Lee Berger, li mexxa t-tim tax-xjenzjati, jemmen li l-ispeċi setgħet kienet l-ewwel verżjoni tal-bniedem (genus ‘Homo’), u dan il-ġeneru speċifiku seta’ kien jgħix fl-Afrika daqs tliet miljun sena ilu.
//= $special ?>