Membri mill-Forzi Armati ta’ Malta kmieni dalgħodu kienu mitluba jgħinu baħri Spanjol ta’ 60 sena li sab ruħu f’diffikulta waqt li kien fuq il-lanċa tiegħu fl-ibħra Maltin.
Jirriżulta li r-raġel kien fuq il-lanċa tiegħu meta sejjaħ għall-għajnuna. Hu ngħata l-ewwel għajnuna minn bastiment tal-merkanzija li kien fil-qrib qbael ma wasal il-bastiment “Melita I” tal-Forzi Armati.
L-Ispanjol twassal Malta f’Xatt it-Tiben. Hemm hu kien iċċertifikat li jinsab f’kundizzjoni tajba ta’ saħħa, tant li ma kellu bżonn l-ebda għajnuna medika.
Hemm hu ntlaqa’ mill-Ambaxxatur Spanjol għal Malta José Pons.
//= $special ?>