Wiċċ ġdid għal Net Television mit-28 ta’ Settembru. Dan tħabbar mill-Kap Eżekuttiv Brian St. John f’attivita’ li fiha tnediet l-iskeda l-ġdida ta’ Net Television u Net Radio 101, skeda li qed tkun deskritta bħala l-bidu ta’ proċess biex jinbidel il-wiċċ ta’ Net Television.
Iċ-Chief Commercial Officer tal-kumpanija, Marouska Pisani, tispjega li konxju mill-valur li t-telespetatturi Maltin jagħtu lid-drama lokali, Net Television se jkun qed jiffoka fuq dan l-aspett b’diversi preżentazzjonijiet.
Min-naħa tiegħu, iċ-Chief Operations Officer Karl Gouder jispjega li l-wiċċ ġdid u t-tnedija tal-iskedi hi parti minn proċess li fih Net Television se jaqleb għal teknoloġija HD, filwaqt li se jibqa’ jiffoka u jpoġġi l-aspett ġurnalistiku bħala priorita’.
Intant, Net Television se jippreżenta programmi oħra dwar l-aspett soċjali u r-reliġjon, l-isport, it-tisjir, il-finanzi u ż-żgħażagħ.
Net Radio 101 se jibqa’ viċin in-nies billi joffri programmi ta’ diskussjoni u mużika flimkien ma’ programmi informattivi u politiċi li huma mezz kif is-soċjeta’ tkun informata dwar dak li jkun qed iseħħ fil-pajjiż.
Mat-tnedija tal-iskedi ta’ Net Television u Net Radio 101, fit-28 ta’ Settembru se jkun qed jingħata bidu wkoll għal servizz ġdid fuq il-media soċjali.
//= $special ?>