Ħaddiem tal-port li ġie nfurmat li kien se jkollu jieqaf jaħdem immedjatament peress li kien se jilħaq l-eta’ ta’ irtirar ta’ 62 sena, preżenta Protest Ġudizzjarju fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili biex jiddefendi d-drittijiet tiegħu li jibqa’ jaħdem fil-port skont il-liċenzja li għandu.
Il-protest tressaq kontra l-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi, kontra l-Avukat Ġenerali, kontra d-Direttorat tal-Portijiet, kontra Transport Malta u kontra l-Bord dwar il-Ħaddiema tal-Port.
Joseph Zammit hu ħaddiem tal-port u jintqal fil-protest li dan l-impjieg hu l-uniku mezz ta’ għixien li għandu. Fil-protest jingħad li f’Lulju t’Awissu hu kien imfakkar permezz ta’ ittra li kien se jilħaq l-eta’ tal-irtirar ta’ 62 sena u li għalekk kien se jkollu jieqaf jaħdem immedjatament. Fl-istess ittra, Zammit kien avżat biex imur l-ETC u jirrikonoxxi t-tmiem tal-impjieg tiegħu.
Fil-protest intqal li l-Bord dwar il-Ħaddiema tal-Port ma ġab l-ebda raġuni valida biex jipprova li Zammit mhux se jkun tajjeb biex jibqa’ jħdem. Zammit qal li Malta hi repubblika bbażata fuq ix-xogħol u li għalhekk il-ħaddiema huma protetti bil-liġi.
Intqal ukoll li n-nuqqs ta’ tiġdid tal-liċenzja jammonatw għal ksur tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali kif ukoll Aritklu 37 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
//= $special ?>