Id-Deputat Laburista Joe Sammut ma jemminx li s-soluzzjoni għall-problemi fit-traffiku se jissolvew fil-proposta tal-Gvern Laburista stess li l-iskejjel jiftħu siegħa aktar kmieni minn kemm qed jinfetħu bħalissa.
Ftit ġimgħat ilu l-Gvern ħareġ White Paper li fiha jiġi suġġerit li l-iskejjel jiftħu siegħa kmieni. Il-White Paper jisimha: “Il-ħinijiet tal-iskejjel u l-konġestjoni tat-traffiku”.
Iżda fuq Facebook, id-Deputat Laburista Joe Sammut jikteb li “s-soluzzjoni mhux ser tinstab f’din il-miżura jew xi tibdil simili”, b’referenza għall-White Paper li “inħarġet bl-idea prinċipali tkun dik li l-ħinijiet tal-iskejjel jiġu varjati bl-idea li tali miżura jkollha xi effett fuq il-volum tat-traffiku fit-toroq tagħna.”
Fil-post tiegħu fuq Facebook, id-Deputat Laburista jgħid li s-soluzzjoni għandha tkun fil-mod ta’ kif wieħed iħares lejn il-problema tat-traffiku.
//= $special ?>