Lokali

Il-biljetti ta’ Rockestra jinbiegħu kollha

Il-biljetti tal-kunċert Rockestra, li ser jittella’ s-Sibt 12 ta’ Settembru, issa huma mibjugħin kollha, ħlief ammont żgħir ta’ biljetti li jistgħu jinxtraw mill-istabbiliment Hard Rock f’Baystreet, il-Valletta Waterfront u l-Ajruport Internazzjonali.

L-uffiċju tal-President u l-Malta Community Chest Fund ħabbru dan filwaqt li taw informnazzjoni dwar is-servizz tat-trasport pubbliku li se jkun offrut għal din l-attivita’.

Filfatt, il-Malta Public Transport se tkun qed torganizza numru ta’ servizzi diretti u estiżi. Se jkun hemm servizz dirett mill-Belt Valletta għal Ta’ Qali u lura. Il-linji 202, 203, X3, 106 u 54 se jkollhom rotta emendata temporanjament biex ikunu jistgħu jintużaw ukoll.

pr151980b

 

pr151980c