Il-film b’direzzjoni ta’ Steven Spielberg ‘The Color Purple’ se jkun qed jintwera fl-Ambaxxata Amerikana nhar il-Ħamis 17 ta’ Settembru.
Il-film huwa dwar l-istorja ta’ tifla żgħira Afrikana-Amerikana u juri l-problemi li kienu jiffaċċjaw nisa Afrikani-Amerikani fil-bidu tas-seklu 20, fosthom problemi ta’ poverta’, razzismu u sessiżmu.
Il-film inħadem fl-1985 u Whoppi Goldberg hija waħda mill-attriċi prinċipali. Il-film se jintwera fl-Ambaxxata Amerikana nharil-Ħamis 17 ta’ Settembru fis-6.30pm, bl-ambaxxatriċi Amerikana Gina Abercrombie-Wistanley se tintroduċi l-film.
Aktar informazzjoni tinkiseb billi wieħed jibgħat e-mail fuq l-indirizz usembmalta@state.gov.
//= $special ?>