Lokali

Il-GRTU titlob tnaqqis ta’ 30% fil-kontijiet tad-dawl

Il-GRTU ħabbret li l-proposta ewlenija tagħha għall-baġit 2016 hi li l-kontijiet tal-elettriku għandhom jitnaqqsu b’30%. Dan peress li l-kontijiet tad-dawl jaffettwaw il-kompetittivita’ tal-intrapriżi Maltin.

Il-GRTU saħqet li ladarba l-prezzijiet internazzjonali taż-żejt niżlu drastikament, għaldaqstant qed tistenna tnaqqis sinjifikanti fil-kontijiet tad-dawl li jħallsu l-intrapriżi żgħar u medji.

It-tnaqqis fil-prezzijiet internazzjonali taż-żejt qed iwasslu biex l-impjant tal-BWSC qed jifranka ħafna flus filwaqt li l-elettriku qed ikun disponibbli b’rati irħas permezz tal-interconnector, fissret il-GRTU.

Għal dawn ir-raġunijiet, spjegat il-GRTU, il-Gvern għandu jnaqqas il-prezzijiet tal-elettriku għall-intrapriżi żgħar u medja bi 30%.