Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ġimgħa, 11 ta’ Settembru.

IN-NAZZJON jgħid illi l-Oppożizzjoni qed titlob inkjesta indipendenti dwar l-iskandlu Joe Sammut. Rapport ieħor jispjega l-kundanni għall-emendi proposti mill-Gvern fl-Embryo Protection Act, filwaqt li l-istess ġurnal fil-faċċata isellem il-memorja tal-imprenditur Albert Mizzi.

Il-ġurnal TIMES OF MALTA jirrapporta kif il-Kap tal-PN Simon Busuttil sejjaħ għal inkjesta dwar il-visas u l-permessi ta’ residenza, wara li lbieraħ tlaqqa’ l-Kunsill tas-Sigurta’ Nazzjonali.

THE MALTA INDEPENDENT b’rapport dwar is-serq minn diversi lokalitajiet, b’Sindki jinsistu illi sistemi ta’ cameras ta’ sigurta’ ikunu piż finanzjarju kbir biex jinżammu joperaw.

L-ORIZZONT jgħid illi studju tal-Universita’ ta’ Oxford jindika illi l-iskola għandha tibda aktar tard.