L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti vvutat bi ħġarha biex tippermetti li l-bandiera tal-Palestinjani tittajjar quddiem il-kwartieri ġenerali ta’ din l-organizzazzjoni ta’ pajjiżi fi New York.
Dan l-iżvilupp, intant, jitqies bħala rebħa diplomatika sinifikanti għall-kawża lejn ir-rikonoxximent ta’ stat tal-Palestina.
Il-mozzjoni għaddiet b’119-il vot, b’Iżrael u l-Istati Uniti jkunu fost it-tmien pajjiżi li vvutaw kontra. Fil-fatt, l-Iżraeljani kienu opponew bl-aħrax għal dan il-pass, u ħeġġew biex l-istati membri tan-NU ma jippermettux il-preżenza tal-bandiera Palestinjana quddiem il-bini tal-organizzazzjoni.
//= $special ?>