Id-deputati parlamentari f’Londra rrifjutaw pjani biex persuna residenti fl-Ingilterra u Wales tesiġi bid-dritt li tmut f’ċirkostanzi speċifiċi. Dan kien deċiż fl-ewwel vot dwar il-kwistjoni fi kważi għoxrin sena.
Il-vot ħieles ittieħed fil-House of Commons, b’118 il-MP jivvutaw favur, bi 330 jopponu l-abbozz kontroversjali. Il-pjan inkwistjoni kien jesiġi biex adulti li jbatu minn marda terminali jkollhom il-permess biex itemmu ħajjithom taħt superviżjoni medika.
Intant kien hemm dibattitu jaħraq fost id-deputati f’Londra, b’uħud jargumentaw li l-abbozz jippermetti għal ‘mewta kwieta u dinjituża’. Iżda oħrajn ċaħdu l-proposta dwar ‘the right to die’ bħala ħaġa kompletament inaċċettabbli.
L-attivisti favur id-dritt għall-mewt assistit, fl-istess ħin, sostnew li r-riżultat tal-vot juri li d-deputati huma ‘maqtugħin mir-realtà’.
//= $special ?>