Malti ta’ madwar 45 hu rappurtat nieqes meta l-aħħar darba li deher kien ilbieraħ fi Tripli, il-Libja.
Fi stqarrija l-Gvern qal li f’dan l-istadju l-awtoritajiet kompetenti qed jagħmlu minn kollox biex jiksbu aktar dettalji dwar dan il-każ.
Intant, kien imtenni l-avviż kontra kull forma ta’ vjaġġar lejn il-Libja. Il-Gvern qal fl-istqarrija li qed jitlob kawtela minn kulħadd biex il-każ jissolva b’mod pożittiv.
//= $special ?>