Raġel weġġa’ ħafif f’inċident tat-traffiku li fih il-karozza tiegħu telgħet fuq vettura oħra bl-impatt tal-ħabta.
L-inċident seħħ waranofsinhar, meta raġel ta’ 64 sena kien qed isuq karozza tat-tip Toyota fi Triq l-Imdina, li tagħmel parti minn Ħaż-Żebbuġ. Għal xi raġuni din il-karozza ħabtet ma’ vettura oħra tat-tip Renault, misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti r-Rabat.
Ir-raġel ta’ 64 ilmenta b’xi uġiegħ f’saqajh u ttieħed għall-osservazzjoni medika ġo poliklinika, madanakollu ma ntalbitx l-assistenza ta’ ambulanza. Ir-raġel hu residenti Marsaskala.
//= $special ?>