Lokali

Bid-deċiżjonijiet ta’ Joe Mizzi, qed ibatu kemm il-ħaddiema kif ukoll il-passiġġieri – il-PN

Wara ġimgħat ta’ antiċipazzjoni, issa jirriżulta li l-bidliet fir-rotot li tant ftaħar bihom il-Ministru Joe Mizzi fl-aħħar ġimgħat, mhux se jidħlu fis-seħħ minn għada, il-ġurnata li fiha kien skedat li jidħlu dawn ir-rotot fis-seħħ.

Il-Partit Nazzjonalista qal dan fi stqarrija li matulha qal li r-riforma tant mistennija ta’ Joe Mizzi ma waslitx għal titjib fis-servizz huwa fatt li jitkellem dwaru kull min jagħmel użu mit-trasport pubbliku. Pero’ issa, jirriżulta li d-deċiżjonijiet ta’ Joe Mizzi mhux biss qed iħallu impatt negattiv fuq il-passiġġieri, iżda issa anke l-ħaddiema jidher li spiċċaw vittma tal-inkompetenza ta’ Joe Mizzi.

Ma’ dan il-Gvern, it-toroq ta’ pajjiżna saru martirju: jew teħel fit-traffiku, inkella ma tinqediex bit-trasport pubbliku. L-inkompetenza ta’ Joe Mizzi saret xi ħaġa ta’ kuljum itemm jgħid il-Partit Nazzjonalista permezz ta’ stqarrija mix-Shadow Minister tat-Trasport Marthese Portelli.