Lokali

Ir-rotot li kellhom jibdew għada huma “posposti sakemm jinħareġ avviż ieħor”

Fil-bidu ta’ dan ix-xahar, il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi ħabbar f’konferenza tal-ahbarijiet rotot ġodda u mtejjba. L’hekk imsejjħa riforma għandha erba’ fażijiet, bl-ewwel waħda tibda għada u l-aħħar waħda tidħol fis-seħħ sa tmiem din is-sena.

Izda minn informazzjoni li għandu dan il-portal jidher li l-bidliet imħabbra b’ċertu pompa permezz ta’ konferenza tal-aħbarijiet waqgħu mal-ewwel intopp.

Fil-fatt, maltarightnow.com hu nfurmat li r-rotot ġodda li kellhom jibdew minn għada mhux se jibdew.

U l-problemi jidhru li m’humiex żgħar għaliex il-bidliet mħabbra ġew posposti sakemm jinħareġ avviż ieħor. Jiġifieri, ir-riforma ġiet posposta b’mod indefinit.

Dan is-sit għamel kuntatt mal-uffiċċju tal-customer care ta’ Malta Public Transport li kkonferma li r-rotot ġodda huma posposti u mhux se jibdew minn għada.Customer care ikkonferma wkoll li l-posponiment hu wieħed indefinit sakemm jinħareġ avviż ieħor.

Minn għada suppost kellhom jibdew tliet rotot ġodda u 8 rotot li suppost kellhom ikunu mtejba.

Rotot li suppost kellhom jibdew għada

Rotot ġodda
047 Il-Mosta, Ħal Lija, Birkirkara, Santa Venera, Tal-Pieta, il-Ħamrun

058 Birkirkara, Fleur de Lys, Santa Venera, il-Ħamrun il-Furjana, il-Belt Valletta

004 il-Belt Valletta, il-Furjana, Paola, Bormla, il-Birgu

Rotot mibdula
054 Ħ’Attard, Ħal Lija, Ħal Balzan, Birkirkara, l-Imsida, il-Furjana, il-Belt Valletta

001 Il-Belt Valletta, il-Furjana, il-Marsa, Fgura, Bormla, l-Isla

002 Il-Belt Valletta, il-Furjana, il-Marsa, Paola, Bormla, il-Birgu

003 Il-Belt Valletta, il-Furjana, il-Marsa, Paola, Bormla, il-Birgu, il-Kalkara, Smart City, ir-Rinella

061 Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi, il-Marsa, il-Ħamrun, il-Furjana, il-Belt Valletta

062 Is-Siġġiewi, Ħal Qormi, il-Marsa, il-Ħamrun, il-Furjana, il-Belt Valletta

063 Ħal Qormi, il-Marsa, il-Ħamrun, il-Furjana, il-Belt Valletta

064 Santa Venera, Ħal Qormi, il-Furjana, il-Belt Valletta.

MPT tikkonferma
Intant, fi stqarrija qasira maħruġa ftit tal-ħin ilu, il-kumpanija Malta Public Transport ikkonfermat li r-rotot ġodda mhux se jidħlu fis-seħħ għada u li d-diskussjonijiet mal-GWU dwar il-ħinijiet tal-ħaddiema għadhom għaddejjin