Mijiet ta’ persuni llejla mistennija jattendu għall-kuncert Rockestra, l-appuntament mużikali annwali b’risq il-Malta Community Chest Fund. L-attrazzjoni prinċipali fl-edizzjoni tar-Rockestra għal din is-sena huwa Marc Storace.
Din is-sena hija waħda speċjali għal Marc Storace għax qed jiċċelebra l-50 anniversarju minn meta beda l-karriera tiegħu fix-xena mużikali. Kien għad kellu biss 14-il sena meta kanta mal-ewwel grupp Stonehenge Union lura fl-1965. Wara ħadem ma’ The Boys, Cinnamon Hades u eventwalment fl-1971 huwa emigra lejn l-Isvizzera sabiex ikompli jtejjeb il-karriera tiegħu. IngĦaqad mal-grupp TEA u wara mal-Krokus, grupp li sa’ llum il-ġurnata biegħ iktar minn 10 miljun album madwar id-dinja; l-album taghhom Metal Rendezvous waħdu biegħ ‘il fuq minn 3 miljun kopja, 35 sena wara li ħareġ.
MaltaRightNow.com ħa l-kummenti ta’ Marc, li jispjega kif iħares lejn il-karriera tigħu. Għal Storace din mhux se tkun l-ewwel darba li se jkanta ma’ orkestra. Huwa kien jagħmel parti mill-proġett Rock meets Classic bil-parteċipazzjoni tal-Bohemian Symphonic Orchestra ta’ Praga, numru ta’ rock bands u kantanti li għamlu isem fil-qasam tal-mużika rock.
Fil-kunċert Rockestra tal-lejla Marc Storace se jinterpreta siltiet mir-repertorju vast tal-Krokus. Il-kunċert se jkun jinkludi wkoll il-parteċipazzjoni ta’ talenti popolari bħal Julie Zahra, Leo Stivala u Matthew James Borg kif ukoll artisti relattivament ġodda bhal Lara Dimech.
//= $special ?>