Ġuvni ta’ 14-il sena tilef ħajtu wara li f’Lulju li għadda ġarrab ġrieħi gravi f’għonqu wara li sieħbu qabeż mill-għoli u ġie fuqu meta kienu qed jgħumu f’Għawdex.
L-Inċident seħħ fid-9 ta’ Lulju li għadda meta l-ġuvni kien qed jgħum flimkien ma’sħanu f’bajja f’Għajnsielem. Wieħed mill-ġuvintur qabeż u ġie fuq il-ġuvni ta’ 14-il sena.
Il-ġuvni kien qed jinżamm għall-kura fl-Isptar Mater Dei fejn is-Sibt filgħodu tilef il-ġlieda tiegħu mal-mewt.
//= $special ?>