Ħames persuni, żewġt irġiel, żewġ nisa u tifla ta’ ħames snin indarbu f’inċident tat-traffiku li seħħ nhar il-Ġimgħa għall-ħabta tat-8pm fi Triq is-Salini, in-Naxxar.
Fl-inċident kienu involuti mutur misjuq minn raġel ta’ 45 sena minn San Pawl il-Baħar, karozza Toyota misjuqa minn mara ta’ 63 sena minn San Pawl il-Baħar u karozza Suzuki misjuqa minn raġel Ingliż ta’ 42 sena residenti San Ġiljan. Fil-karozza misjuqa mir-raġel Ingliż kien hemm ukoll żewġ passiġġieri – mara ta’ 32 sena mill-Ekwador u tifla ta’ 5 snin.
Il-persuni kollha ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura. Jidher li l-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur, li ddaħħal l-isptar fil-periklu tal-mewt, issa qalbet għall-aħjar.
L-investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>