Il-kura fit-tul fl-Ewropa u r-rwol u l-ħtiġijiet tal-kura informali kienu trattati waqt seminar organizzat minn SOS Malta u l-Eurocare li kien indirizzat mis-Segretarju Parlamentari Justine Caruana u x-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Claudette Buttigieg.
Claudette Buttigieg tkellmet dwar l-importanza tal-kura informali u qalet li fl-Ewropa l-informal carers jipprovdu 80 fil-mija tal-kura fejn in-nies jipprovdu madwar żewġ terzi tas-servizzi.
Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Claudette Buttigieg qalet li jeħtieġ li anki l-irġiel isaħħu l-ħiliet tagħhom fis-settur tal-caring.
Filwaqt li tkellmet dwar il-bidliet li qed isiru fis-soċjetà, Claudette Buttigieg sostniet li dawn jistgħu jġibu modi ġodda ta’ għajxien.
F’dan il-kuntest Claudette Buttigieg semmiet il-villaġġi ta’ irtirar u l-komunitajiet fejn l-anzjnani u persuni bl-istess bżonnijiet jgħixu flimkien u jaqsmu l-istess servizzi.
Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni sostniet li jeħtieġ li jkun hemm attenzjoni għall-carers. Minkejja li r-rimunerazjzoni finanzjarja hi importanti, din mhix kollox għaliex il-carers għandhom ukoll jingħataw l-attenzjoni b’servizzi speċifikati għalihom. Ir-respite care, sostniet Claudette Buttigieg ukoll joffri posibbiltà lill-informal carers biex jieħdu waqfa mid-dmirijiet tagħhom.
Claudette Buttigieg irrikonoxxiet l-inizjattiva ta’ SOS Malta biex flimkien mal-imsieħba tagħhom Eurocarers iħarsu lejn it-teknoloġija bħala pjattaforma ta’ networking.
//= $special ?>