Lokali Sport

L-aħħar tħejjijiet għat-tournament tal-basketball imħejji minn Team Sport PN

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li jwasslu għall-Festa tal-Indipendenza ta’ din is-sena, Team Sport PN qed jorganizza diversi attivitajiet sportivi. Fost dawn l-attivitajiet se jkun hemm anke l-Basketball.

It-tournament se jsir bejn is-Sibt 19 u t-Tnejn 21 ta’ Settembru. MaltaRightNow.com tkellem ma’ Anthony Vella, l-Kordinatur tal-attivita’ li f’kummenti ma’ MaltaRightNow.com ta aktar dettalji dwar it-tournament (ara l-filmat).

F’dan it-tournament se jkun hemm kompetizzjoni kemm tal-irġiel kif wkoll tan-nisa. Anthony Vella jgħid li l-iskop ta’ dawn l-attivitajiet organizzati minn Team Sport PN hu sabiex il-pubbliku jkun imħeġġeġ sabiex jgħix ħajja b’saħħita billi jipprattika l-isport.