L-awtoritajiet fl-Arabja Sawdija qed jinvestigaw x’seta’ wassal biex krejn enormi jċedi għal fuq in-nies nies fil-belt qaddisa ta’ Mecca, fejn spiċċaw jitilfu ħajjithom almenu 107 persuna.
It-traġedja seħħet fil-lejl tal-Ġimgħa, meta l-belt ta’ Mecca, bħalissa, qed tħejji għall-pellegrinaġġ annwali tal-Hajj, li hu avveniment prinċipali għall-Musulmani.
Mistenni li, dan ix-xahar, maż-żewġ miljun Musulman minn madwar id-dinja se jaslu f’Mecca biex jipparteċipaw fil-Hajj.
Intant, ir-rapporti mill-inħawi tat-traġedja qalu li l-krejn baqa’ nieżel fuq parti tal-Moskea Kbira ta’ Mecca li dak il-ħin kienet mimlija bid-devoti. Waħda mit-teoriji hi li l-krejn inqaleb għal fuq il-moskea b’konsegwenza tal-maltemp iddominat mill-irwiefen.
Sadanittant, xi korrispondenti qalu li, jerġa’ qabel it-traġedja, kien hemm tħassib dwar ir-rekords tas-sigurtà f’numru ta’ siti għall-kostruzzjoni fl-Arabja Sawdija.
Fl-inċident tal-Ġimgħa indarbu talanqas 230 persuna waqt li mhux ċar kemm il-persuna weġġgħet waqt ir-rassa u l-konfużjoni sussegwenti. Nifhmu li l-mejtin fl-inċident tal-Ġimgħa jinkludu, fost oħrajn, ċittadini mill-Indoneżja, l-Iran, l-Indja u l-Eġittu.
//= $special ?>