Sewwieq ta’ karozza ġarrab ġrieħi ħfief f’inċident tat-traffiku li seħħ il-Ġimgħa filgħaxija f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.40pm meta sewwieq ta’ karozza tat-tip Peugeot ħabat ma’ karozza tat-tip Toyota.
Fuq il-post issejħu ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li kellhom joħorġu lil wieħed mis-sewwieqa li nqabad fil-karozza.
Is-sewwieq ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
//= $special ?>