Sewwieq ta’ karozza dalgħodu ħelisha ħafif wara li baqa’ dieħel f’ħajt u nqaleb għal ġo għalqa.
L-inċident seħħ is-Sibt għall-ħabta tal-4am fit-Telgħa tas-Saqqajja.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li taw l-ewwel għajnuna.
L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>