Lokali

Sewwieq jeħlisha ħafif wara li nqaleb għal ġo għalqa

Sewwieq ta’ karozza dalgħodu ħelisha ħafif wara li baqa’ dieħel f’ħajt u nqaleb għal ġo għalqa.

L-inċident seħħ is-Sibt għall-ħabta tal-4am fit-Telgħa tas-Saqqajja.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li taw l-ewwel għajnuna.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.