Raġel ta’ nazzjonalita’ Franċiża jinsab f’qagħda kritika wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular meta kien f’residenza fi Triq Francesco Azzopardi r-Rabat, Malta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar u mll-investigazzjonijiet preliminari li saru irriżulta li r-raġel għandu 41 sena.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei fejn hemmek aktar tard ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti biex jassistuh f’inkjesta li qed issir. Intant, l-investigazzjonijiet mill-għassa tar-Rabat Malta għadhom għaddejin.
//= $special ?>

