Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara diffikultà fl-għawm

Tork ta’ 23 sena jinsab fil-periklu li jitlef ħajjtu wara li ttella mill-baħar fil-Blue Lagoon, f’Kemmuna llum għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart.

Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru, jidher li r-raġel, li kien qiegħed fil-kumpanija ta’ ħabib tiegħu, kien qed jgħum u wara ftit ġie innutat li kien intilef minn sensih. Huwa nghata l-ewwel għajnuna minn emergency team u ttieħed lejn il-Port tal-Imġarr sabiex jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.

Bil-każ ġiet nfurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. Investigazzjonijiet mill-Għassa tar-Rabat, Għawdex, għadhom għaddejjin.