Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

il-mument b’intervista mal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil li jgħid li l-ewwel proposti tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni se jinħarġu sa’ tmiem is-sena.

The Sunday Times of Malta b’rapport dwar kif se jiżdiedu bid-doppju l-multi għal min juża l-mobile waqt is-sewqan. Rapport ieħor jikkwota lill-President tal-MDA Sandro Aquilina jgħid li ma jaqbilx mal-proposta ta’ supermarket ġdid f’zona ODZ.

The Malta Independent b’rapport dwar investigazzjoni interna estensiva li qed issir fl-isptar Monte Karmeli b’rabta ma’ allegat swat ta’ tifel ta’ 10 snin. Rapport ieħor jikkwota lill-Isqof t’Għawdex Mario Grech jgħid li ma jistax jibqa’ sieket dwar l-abort.

Il-ġurnal Illum b’rapport dwar il-mod kif il-valur tal-propjeta f’Bormla trippla. Rapport ieħor jitrattata l-ħruġ taż-żwiemel f’ħinijiet tat-traffiku, bir-rapport intitolat: “Daqshekk żwiemel f’ħinijiet tat-traffiku.”

Maltatoday b’rapport dwar il-mod kif l-ambaxxata Maltija fil-Libja tat kważi 75,000 visa sa’ mill-2011.

Il-gazzetta Kullħadd b’rapport dwar il-villaġġ tas-snajja f’Ta’ Qali u l-mod kif lesti l-pjanijiet għar-rinovazzjoni. Il-ġurnal It-Torċa b’rapport dwar riżenja ta’ eks-ħaddiem tal-Bank Ċentrali.