Il-problema tat-traffiku mhux biss tkompli tikber imma issa stabilixxiet ruħha bħala l-akbar kwistjoni ta’ tħassib għall-Maltin.
Dan jirriżulta minn stħarriġ li sar mill-gazzetta Maltatoday, li tirrapporta li ż-żieda fit-tħassib fost il-Maltin għall-problema tat-traffiku hi l-ikbar sa’ mill-2006, meta l-Maltatoday bdiet tagħmel eżerċizzji simili.
L-istħarriġ sar f’Awissu qabel ma beda jispikka l-kaos u d-diżastru fit-traffiku. Din hija t-tieni darba li t-traffiku sab postu fuq nett tal-lista tal-aktar affarijiet li jħassbu lill-Maltin.
L-istħarrġ li sar mill-Maltatoday juri wkoll li kien hemm żieda qawwija fi tħassib mill-Maltin dwar il-korruzzjoni. Il-Maltatoday tgħid li dan hu dovut għall-iżviluppi b’rabta mal-iskandlu ta’ Gaffarena, bl-Oppożizzjoni tinsisti dwar korruzzjoni istituzzjonalizzata u żewġ investigazzjonijiet separati dwar ir-rabtiet mal-familja Gaffarena.
Żdied anke’ t-tħassib fost il-Maltin dwar l-ambjent. Dan wara l-oppożizzjoni qawwija mill-pubbliku għall-iżvilupp tal-Universita’ tal-Ġordaniżi f’art ODZ u d-deċiżjoni tal-Gvern Laburista li jaqsam il-MEPA u jifred l-ambjent minn mal-ippjanar.
//= $special ?>

