Bħalissa għaddej il-pellegrinaġġ annwali f’Ħaż-Żabbar fejn għal sena oħra eluf kbar ta’ ċiklisti Maltin u Għawdxin ipparteċipaw bi ħġarhom bir-roti u l-muturi tagħhom, f’pellegrinaġġ bl-inkwadru tal-Madonna tal-Grazzja, il-patruna taċ-Ċiklisti.
Il-pellegrinaġġ isir kull sena, f’tradizzjoni li tmur lura għas-sena 1951. L-avveniment tal-lum sar bħala parti mill-festa tal-Madonna tal-Grazzja ċċelebrata f’Ħaż-Żabbar.
Il-pellegrinaġġ, li għalih jattendu eluf kbar ta’ ċiklisti, isir kull sena fost sforz mill-awotritajiet biex jinżamm il-kontroll fit-toroq arterjali minn fejn jgħaddu l-eluf ta’ roti u muturi.
[youtube width=”675px” height=”465px”]oa9kep4l73k[/youtube]
Filmat: Xylon Bristow
Jekk għandek xi ritratti jew filmati, ibgħathom fuq news@media.link.com.mt.
//= $special ?>