Lokali

Ritratt: Sitwazzjoni “tqattar” f’San Vinċenz

Is-sitwazzjoni fl-isptar San Vincenz de Paul iddeġenerat f’stat fejn sistemi tal-arja kkundizzjonata qed iqattru, bil-management tal-isptar ikollhom jużaw il-friskaturi biex l-ilma li jqattar ikollu fejn jinġabar.

Ir-ritratti ntbgħatu minn persuni li lmentaw dwar il-fatt kif l-awtoritajiet qed jgħaġġlu ħafna biex jivvintaw promozzjonijiet ġodda għal tal-qalba, madanakollu qed fl-istess waqt qed jonqsu milli jieħdu ħsieb l-affarijiet l-aktar essenzjali.

Ir-ritratti juru s-sitwazzjoni fis-sala Lourdes, blokk Padre Pio f’San Vincenz de Paul f’Ħal Luqa. Fis-suffitt tidher fetħa għax ixxarrab bl-ilma li ħiereġ mis-sistemi tal-arja kkundizzjonata. Dan wassal biex is-suffitt ċeda u waqa’ minn postu. Il-persuna li tkellmet ma’ MaltaRightNow.com spjegat li fortunatament ħadd ma ntlaqat ma ċeda s-suffitt.