Tony Abbott dalgħodu tneħħa minn Prim Ministru tal-Awstralja wara li tilef elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Liberali li kien imexxi.
L-elezzjoni ssejħet malajr wara li Malcolm Turnbull, membru tal-Kabinett, ħabbar li kien se jisfida t-tmexxija ta’ Abbott għaliex ma kienx jaqbel mal-mod li bih kien imexxi. Turnbull qal li dik it-tmexxija kienet se twassal biex il-Partit Liberali jitlef l-elezzjoni li jmiss.
F’elezzjoni li sejjaħ Abbott ftit wara, hu tilef il-vot b’44 vot kontra l-54 li kiseb Turnbull. Il-Membri Parlamentari tal-Partit Liberali vvutaw ukoll biex Julie Bishop tibqa’ Deputat Kap tal-Partit.
Issa Turnbull se jkun ir-raba’ Prim Ministru Awstraljan mill-2013.
Abbott jitneħħa minn PM tal-Awstralja
