Il-Ħadd filgħaxija, fi tmiem il-festa titulari, is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar sar ukoll Arċipretali.
Dan tħabbar mill-Kappillan Dun Evan Caruana mad-dħul tal-vara tal-Madonna tal-Grazzja lura fil-Knisja, li issa sar l-ewwel Arċipriet ta’ Ħaż-Żabbar. Aħbar intlaqgħet b’ċapċip kbir minn dawk kollha preżenti fil-knisja (ara l-filmat)
F’diskors li għamel, l-Arċipriet qal li l-Arċisqof għażel li jagħti dan it-titlu lill-Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar bħala rikonoxximent tal-ħidma li ssir speċjalment fejn tidħol id-devozzjoni Marjana.
Wara li ħabbar dan, flimkien mal-Presidenti taż-żewġ baned ta’ Ħaż-Żabbar, l-Arcipriet poġġa bukkett fjuri, quddiem il-vara tal-Madonna bħala sinjal ta’ għaqda.
Fl-aħħar ġimgħat dan it-titlu ngħata wkoll lill-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u dik tal-Mellieħa.
Il-Ħadd filgħodu f’Ħaż-Żabbar għal darb’oħra l-pellegrinaġġ tar-roti u l-muturi, pellegrinaġġ li ilu jsir mill-1951.
//= $special ?>