Internazzjonali

Il-Ġermanja qed tbassar il-wasla ta’ miljun immigrant

epa04928956 A crowd of people stands outside the train station in Munich, Germany, 13 September 2015. The train station was evacuated and cordoned off by police after a bomb sniffer dog apparently reacted to a suspicious substance near an information counter, Germany's Federal Police said. EPA/SVEN HOPPE

Sigmar Gabriel, il-Viċi Kanċillier Ġermaniż, irreveda ċ-ċifra tal-ammont ta’ immigranti li l-Ġermanja qed tbassar li din is-sena se jmorru jfittxu kenn fil-pajjiż. S’issa l-Ġermanja kienet qed tgħid li din is-sena mistennija jidħlu 800,000 persuna, imma issa Gabriel qal li aktarx se jkunu mal-miljun persuna.
Sadattant il-Prim Ministru Pollakk, Ewa Kopacz, wissiet li s’issa l-Polonja ma kellhiex problemi bil-wasla tal-immigranti imma jekk ikun hemm xi theddida għall-fruntieri Pollakki, se jkunu imposti kontrolli tul il-fruntieri. Dan wara li l-Ġermanja ssospendiet temporanjament il-ftehim ta’ Schengen u bdiet tagħmel il-kontrolli mal-fruntiera mal-Awstrija. L-istess għamlu l-Awstrija u s-Slovakkja.