Crew ta’ Net jinsab fl-Ungerija isegwi dak li qed jiżviluppa b’rabta mal-kriżi tar-refuġjati hekk kif illum kien rekord għan-numru ta’ refuġjati li qasmu mis-Serbja lejn l-Ungerija fi vjaġġ ta’ tama lejn iċ-ċentru tal-Ewropa.
Il-crew ta’ Net, magħmul mill-ġurnalist Robert Cremona u l-camerperson Roberto Runza, segwa l-wasliet tan-nies li qed jaħarbu mill-Afganistan, l-Iraq u s-Sirja b’mod partikolari.
Fl-aħħar sigħat komplew jaslu mijiet ta’ persuni fl-istazzjon tal-ferrovija ta’ Keleti fejn il-crew ta’ Net segwa l-ħidma umanitarja li qed issir minn diversi gruppi volontarji. Keleti huwa l-istazzjon ewlieni tal-ferrovija li jgħaqqad l-Ungerija mal-bqija tal-ibliet fiċ-ċentru tal-Ewropa.
Net kien wieħed mill-ftit stazzjonijiet li laħaq eżatt il-fruntiera miftuħa qabel bdiet tingħalaq bil-fence mill-Gvern Ungeriż.
//= $special ?>