Ħadd ma weġġa’ f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tal-5 ta’ waranofsinhar fil-Ħamrun fejn għal xi raġuni nqaleb vann.
Il-vann inqaleb qrib il-Knisja ta’ San Franġisk bil-Pulizija jiġu nfurmati bl-inċident ftit wara l-5pm.
Fl-Inċident kienu nvoluti sitt karozzi u t-triq kellha tingħalaq għat-traffiku. MaltaRightNow.com tinsab infurmata li fuq il-post marret ambulanza għall-assistenza madanakollu ma kienx hemm bżonn ta’ attenzjoni medika.
//= $special ?>