Lokali

Ritratti: Sitt vetturi involuti f’inċident il-Ħamrun

Ħadd ma weġġa’ f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tal-5 ta’ waranofsinhar fil-Ħamrun fejn għal xi raġuni nqaleb vann.

Il-vann inqaleb qrib il-Knisja ta’ San Franġisk bil-Pulizija jiġu nfurmati bl-inċident ftit wara l-5pm.

Fl-Inċident kienu nvoluti sitt karozzi u t-triq kellha tingħalaq għat-traffiku. MaltaRightNow.com tinsab infurmata li fuq il-post marret ambulanza għall-assistenza madanakollu ma kienx hemm bżonn ta’ attenzjoni medika.

incident hamrun 1

incident hamrun 5

incident hamrun 2jpg

 

incident hamrun 4 - Copy