Żewġt irġiel kienu arrestati wara li nstab li kellhom fil-pussess tagħhom id-droga kannabis u kokaina.
Fi stqarrija, il-Korp tal-Pulizija qal li mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li d-droga li nstabet, grazzi għal ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, deher li ma kinitx għall-użu personali tal-persuni arrestati.
Hu mifhum li ż-żewġ persuni jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.
(Ritratt: mill-Arkivji)
//= $special ?>