Lokali

Analiżi tal-ġurnali

F’In-Nazzjon insibu ritratt kbir tal-immigranti bit-titlu kriżi umana li sejra għall-agħar juri s-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni fl-Ewropa hekk kif crew ta’ NET News jinsab bħalissa fl-Ungerija fejn qed jgħix din il-kriżi mill-qrib mal-immigranti. Naraw ukoll ritratt tal-Libjan li jinsab akkużat li aggredixa numru ta’ persuni f’Paceville. Storja oħra titkellem dwar il-proċess tal-annulamenti taż-żwieġ li mistenni li jżid fil-ħeffa.

The Malta Indpendent għandha ritratt kbir tal-Libjan li tressaq il-qorti akkużat bl-attakk f’Paceville kif ukoll l-istorja ta’ dak li ġara fil-Qorti. Storja oħra tikkwota lill-Ministru Edward Scicluna jgħid li l-Gvern qed jirnexxielu jwettaq il-viżjoni tiegħu.

The Times of Malta turi wkoll il-Libjan jagħmel atti oxxeni lill-membri tal-media qabel ma ddaħħal il-Qorti bl-istorja tiddeskrivi dak li ġara fil-Qorti hekk kif Zorgani tressaq bl-akkużi li weġġa sitt persuni waqt li kienu f’Paceville. Storja oħra tgħid li l-Ministri tal-Unjoni Ewropea baqgħu ma ddeċidewx b’mod konkret dwar l-immigrazzjoni.

Anke l-Orizzont b’ritratt kbir tal-Libjan jagħmel mossi oxxeni fil-konfront tal-media u tgħid li l-Libjan jinsab akkużat b’żewġ attentati ta’ qtil u feriti gravi. Insibu wkoll storja li l-GWU lesta tgħin biex jiġu regolarizzati ħaddiema immigranti u titkellem ukoll dwar kif 60 immigrant mistennija li jinġiebu Malta.