Lokali

Attivitajiet għall-familja kollha biex jitfakkar il-135 sena sena mit-twelid tal-PN

Attivitajiet differenti u għall-familja kollha … minn djalogi mat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista sa divertiment … biex ikunu ċċelebrati l-135 sena mit-twelid tal-Partit Nazzjonalista, f’ħidma għall-pajjiż u għal nazzjon wieħed.

Dan kollu jibda għada l-Erbgha, bil-mixja u l-ġirja, li se jagħtu l-bidu għall-attivitajiet li se jfakkru wkoll il-51 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza għal Malta.

Dwar l-organizzazzjoni ta’ dan kollu, dan is-sit tkellem ma’ Peter Busuttil, li spjega l-attivitajiet li wieħed se jkun jista’ jsegwi sal-Ħadd li ġej filgħaxija fid-Daħla tal-Belt. Hu spjega li żona partikolari se tkun il-“Meeting Point 2015”, li se tkun fi Pjazza De Valette.

Il-qofol tal-attivitajiet jintlaħaq il-Ħadd bil-Mass Meeting indirizzat mill-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Il-Mass Meeting jibda fis-7.30pm.

Segwi l-kummenti ta’ Peter Busuttil f’dan il-filmat.